F’Mejju ta’ din is-sena, il-Gvern għażel li jbiddel l-isem tal-Kunsilli Lokali biex jibda jsejħilhom Gvern Lokali …u b’hekk, xi ħaġa li kien beda Gvern Nazzjonalista jbiddilha biex taparsi saret tieghu tiegħu.
Iżda fid-dokument tal-Budget …f’106 pagni… il-kelma Gvern Lokali mas-semmiet imkien.
Mhux talli hekk, talli apparti li sejħilhom Kunsilli Lokali, f’dokument sħiħ tal-budget alloka biss paragrafu ta’ seba’ linji dwar il-Kunsilli Lokali li jsemmi biss r-reġjuni u l-iBins – settur tant importanti għal pajjiżna li kważi gie minsi għal kollox mill-Gvern.
Dwar dan kollu affacjajna lill-Ministru Owen Bonnici, li tahtu jaqa’ d-dekasteru tal-Kunsilli. Domandi ta’ Net News li saru eżattament wara li anke f’konferenza tal-ahbarijiet dwar il-budget semma biss il-ġustizzja u l-kultura, fejn darb’oħra nesa l-Kunsilli Lokali.
Lil Owen Bonnici urejnih ukoll, iswed fuq l-abjad, kif il-Gvern naqqas b’mod goff l-allokazzjoni ta’ fondi ghall-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru, mhux talli nesa dan is-settur fil-budget iżda talli qed imeri n-numri li ħarġu mill-Ministeru tiegħu stess fid-dokument ufficjali tal-Budget…fejn jidher car li l-flus ghall-Kunsilli se jonqsu b’aktar minn zewg miljuni.
//= $special ?>