Lokali

Il-PN jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Airshow se jerġa’ jsir s-sena dieħla

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Airshow internazzjonali ta’ Malta se jerġa jsir s-sena dieħla, u dan wara nuqqas ta’ sentejn.

Fi stqarrija maħruġa mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu Robert Arrigo, u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Ġlieda kontra l-Obeżità Ryan Callus.

Il-Partit Nazzjonalista kien appella sabiex tinstab soluzzjoni hekk kif dan kien appuntament annwali għad-dilettanti, ħarġa għall-familji u niċċa għat-turiżmu. Jirrikonoxxi l-insistenza tal-Malta Aviation Society, li matul dawn is-sentejn ħadmu sabiex ipperswadew lil Gvern jasal għal kompromess