Għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Gvern Ingliż u l-UE laħqu ftehim dwar Brexit.
Dan tħabbar minn Jean-Claude Juncker permezz ta’ komunikat fuq Twitter. Junker qal li dan hu ftehim “ġust u bilanċjat”.
Il-Prim Ministru Boris Johnson ħalla Londra lejn Brussell fejn hemmhekk bdew laqgħat mal-mexxejja Ewropej.
Il-pjan hu li r-Renju Unit iħalli l-blokk Ewropew fil-31 t’Ottubru li ġej.
Fi żviluppi oħra, l-MEP Ġermaniż Manfred Weber kien kwotat jgħid illi f’dan ix-xenarju xorta għad hemm possibilta’ li jkun hemm estensjoni għad-data ta’ Brexit. Dan ukoll jorbot mal-fatt illi fl-aħħar ħinijiet, il-Kap Negozjatur Michel Barnier stqarr li dan id-deal mhuwiex bil-wisq differenti mill-ftehim li kienet laħqet Theresa May – ftehim li kien diġa’ rifjutat mill-Parlament Ingliż.
Minn naħa l-oħra, il-partit SNP qed jgħid li dan il-ftehim hu “deal ferm agħar” minn ta’ Theresa May.
Il-vot fil-House of Commons se jittieħed nhar is-Sibt li ġej.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>