Dawk li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika, m’għandhomx jibżgħu jitkellmu..l-għajnuna se tkun hemm għalihom kull ħin.
Numru ta’ għaqdiet mhux governattivi ngħaqdu flimkien biex iniedu s-servizz tal-Violet Support Online, fejn numru ta’ professjonisti se jkunu qed joffru għajnuna 24 siegħa kuljum għan-nies li jsofri vjolenza domestika abbażi tal-ġeneru.
Hekk kif ir-riċerkatriċi Janice Formosa ppreżentat ir-riżultat li ħareġ minn studju li sar dwar is-sitwazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inħass iktar il-bżonn li jkun varat dan is-servizz għall-pubbliku.
Jidher li f’Malta għad mhawnx biżżejjed għarfien dwar il-vjolenza domestika fuq il-post tax-xogħol abbażi tal-ġeneru. Minħabba l-fatt li din il-vjolenza qed tiżdied dejjem iktar, hemm bżonn ta’ aktar sapport ghal dawn il-vittmi.
Waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz, Marceline Naudi tkellmet dwar kors online immirtat lejn persuni li jaħdmu fir-Rizorsi Umani. Dan sabiex ikollhom aktar għarfien dwar vjolenza domestika li tista’ sseħħ fuq il-post tax-xogħol.
Fid-dawl ta’ dan Marceline Naudi tistqarr li l-vjolenza domestika taf twassal għal telf ta’ impjieg ta’ persuni li huma kruċjali għall-post tax-xogħol fejn jaħdmu. Għalhekk dan il-kors huwa ferm essenzjali biex jitnaqqas dan l-abbuż.
Min-naħa tagħha Claudia Taylor East, f’isem SOS Malta spjegat kemm huwa krucjali li jkun hawn iktar għarfien u għajnuna dwar din it-tip ta’ vjolenza. Għalhekk kien ferm importanti li jkun hemm partnership bejn is-settur pubbliku, is-settur tan-negozju u s-soċjetà ċivili.
//= $special ?>