Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qed jitlob biex il-Kamra ta’ Rappreżentanti ssejjaħ Stat ta’ Emerġenza dwar il-klima ta’ pajjiżna.
Huma qalu li fil-Parlament kienu bosta membri Parlamentari li fis-seduta taż-żgħażagħ wegħdu u li se jkunu qed iwasslu dan il-messaġġ.
Infatti dan il-messaġġ qed jinsistih il-Partit Nazzjonalista fejn permezz ta’ mozzjoni talab u għadu jinsisti li jissejjaħ Stat ta’ Emerġenza dwar il-klima ta’ Malta.
Il-KNŻ komplew li f’realtà fejn it-temperatura madwar id-dinja dejjem qiegħda togħla, l-effetti tat-tibdil fil-klima ma jistgħux jibqgħu jiġu injorati dawn it-talbiet.
Huma insistew u talbu lil politiċi biex ma jħarsux lejn id-diviżjonijiet politiċi li jifirduna iżda jitħares l-interess Nazzjonali u l-interess tal-ġenerazzjonijiet futuri.
//= $special ?>