Lokali Parlament

Inizjattiva tal-Oppożizzjoni biex il-gvern jintrabat li jilħaq il-miri ambjentali

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ressaq numru ta’ proposti fil-parlament biex il-gvern jintrabat li jilħaq il-miri ambjentali tiegħu.

Fil-parlament waqt id-diskussjoni dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-Emerġenza fil-Klima, Jason Azzopardi qal li qatt ma basar li jkollu s-sodisfazzjon, id-dover u l-unur li f’isem l-Oppożizzjoni jressaq din il-mozzjoni iżda t-tibdil fil-klima qed iġib konsegwenzi drastiċi u rrisversibbli.

Din hi l-ewwel ġenerazzjoni li qed tgħix u tħoss l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-aħħar ġenerazzjoni li tista’ tagħmel xi ħaġa biex tindirizzaha. Il-popli ma jistgħux jibqgħu newtrali dawwru wiċċhom daqs li kieku mhux veru hawn tibdil fil-kima.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja li hemm kritika x’tagħmel lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Oppożizzjoni mhx se tidħol fiha issa. L-iskop tal-Oppożizzjoni hu li ssir diskussjoni pożittiva b’responsabbiltà lejn in-nies partikolarment it-tfal u ż-żgħażagħ.

Hu sellem lid-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi u qal li din il-mozzjoni ilha tkun diskussa qabel is-sajf. Hu ta dispjaċir li Fredrick Azzopardi ma jistax ikun preżenti fil-Kamra minħabba kundizzjoni medika.

Jason Azzopardi qal li Greta Thumber qajmet furur ta’ attenzjoni madwar id-dinja qalet li ma tistax tissolva emerġenza jekk din ma tkunx tratta bħala emerġenza. Jeħtieġ li x-xogħol ikompli wara l-mozzjoni iżda ssir liġi bħal pajjiżi barranin ta’ obbligu legali fuq il-pajjiż biex jilħaq il-miri stabbiliti sal-2030 u l-2050. Hemm pajjiżi Skandivani u oħra għaddej liġijiet u rabtu lilhom innfushom b’miri ambjentali dwar it-tniġġiż ambjentali u l-emissjonijiet fl-ajru.

Il-President il-ġdida tal-Kummissjoni Ewroepa qalet li sal-2050 l-Ewropa għandha tkun kontinent ħieles mill-caroboniċi. Dan ifisser li l-emissjonijiet iridu jinżlu ħafna iktar minn dak li kien deċiż f’Parigi. Iktar minn 20 pajjiż iddikjaraw emerġenza fil-klima fejn il-parlament Skoċċiż kien l-ewwel wieħed.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm numru ta’ għaqdiet ambjentali Maltin li ħarġu jappoġġjaw il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-emerġenza fil-klima. Hu qal li anki f’Malta hawn tibdil klima. Hu qal li l-gvern mhux se jilħaq il-miri li hu stabilixxa. F’Malta qed imutu iktar nies mit-tniġġiż fl-arja iktar milli jmutu mit-tipjip. Dan minkejja li l-Gvern qed jonfoq il-miljuni fuq mard respiratorju.

Hu semma’ l-bliet il-kbar u dawk żgħar li għamlu dikjarazzjonijiet favur il-klima. Jeħtieġ dikjarazzjoni ta’ qbil dwar din ir-realtà; ma nistgħux naħarbuha. Id-dinja għandha emerġenza u jeħtieġ azzjoni drastika.

Jason Azzopardi ppropona persuna bħala Supretendent għat-Tibdil fil-Klima li ma jkunx marbut mal-partiti iżda nominat bi qbil b’żewġ terzi biex isus fuq kull gvern biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Dan ikun l-argużin tal-Gvern.

Hu semma’ t-trasport u qal li l-akbar problema tat-tniġġiż fl-ajru mhux l-emissjonijiet. Filwaqt li semma’ l-industrija marittima, Jason Azzopardi qal li fil-pajjiż jidħlu l-aktar vapuri li jniġġżu għax jużaw il-heavy fuel oil.

It-tniġġiż fl-ajru mill-cruise liners huma 150 iktar minn Triq Aldo Moro l-Marsa. Dan qed jikkaġuna tniġġiż kbir fiż-żona tal-port il-kbir; daqs ħames power stations jagħtu l-ħin kollu. Il-gassijiet li joħorġu qed jikkaġunaw ħsara kbira. 83 cruise liner li daħlu s-sena li għaddiet iġġeneraw 500 tunellata sulferoxide waqt li t-280,000 vettura fit-torq iġġeneraw tliet tunnellati ta’ gassijiet li jikkaġunaw ħsara kbira.

Jason Azzopardi qal li s-soluzzjoni mhix li ma jiġux iktar cruise liners. Malta għandha tieħu l-inizjattiva biex il-Mediterran isir ECA (Emmission Control Area) għaliex Malta għandha track record f’dan is-settur. Hu semma’ kif ħafna pajjiżi jkollhom numru kbir ta’ żjarat mill-cruise liners iżda għadhom il-kontrolli meħtieġa.

Jason Azzopardi appella biex jiddaħħlu sistemi bħal m’hemm f’Hamburg biex meta l-vapuri jkunu fil-port ma jużax il-magni iżda jkollhom postijiet ta’ kuntatt biex ma jħammġux l-arja. F’Hamburg sar investiment ta’ E10 miljuni biex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Malta tista’ tkun eliġġibli għal fondi mill-UE kif se jagħmlu f’Hamburg.