Tul dan il-lejl karozza tat-tip BMW ħadet in-nar fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun. B’kawża tan-nar, il-faċċata tad-dar li quddiemha kien hemm il-karozza ġarbet ħsarat.
Il-pulzija qalulna li skont l-ewwel stħarriġ jidher li l-karozza ħadet in-nar għall-ħabta tat-3am.
Fuq il-post marru immedjatament membri tat-tifi tan-nar li ġabu taħt kontroll is-sitwazzjoni.
Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.