Internazzjonali Mużika

Se jingħalaq it-Teatro Vincenzo Bellini

Se jingħalaq it-Teatro Vincenzo Bellini f’Katanja minħabba s-sitwazzjoni ekonomika mhux stabbli li preżentament hekk fl-Italja.

Dan it-teautru huwa rinomat ma’ ħafna Maltin li jżuruh ta’ spiss, u huwa wara kollox wieħed mill-aqwa teatri tal-opra fl-Ewropa.

Ma’ din l-aħbar ħafna qalu li mal-għeluq ta’ dan it-teatru se tmut biċċa mill-istorja ta’ Katanja, u mhux biss, iżda wkoll tat-teatru u l-mużika klassika. Infatti mat-teatru twaħlet biċċa drapp li tgħid: “Poplu bla teatru, huwa poplu mejjet”.

Tags