Bosta setturi kienu minsija mill-Budget ghall-2020 fosthom settur ieħor li ħoloq il-Partit Nazzjonalista… is-settur tal-iGaming, li grazzi għalih Malta qed tgawdi min ekonomija b’saħħitha.
Net News affaċjajna lil Silvio Schembri, is-Segretarju Parlamentari li taħtu jaqa’ dan is-settur. Iżda skont hu mhux minnhu li dan is-settur kien minsi.
Kien għalekk illi wrejna lil Silvio Schembri il-paġna li titratta dan is-settur – paġna 71 – paġna li fiha biss 3 paragrafi.
Anke bl-evidenza tal-argument quddiemu, Silvio Schembri baqa’ jmeri l-fatti.
Net News jista’ jizvela li mid-diskors kollu tal-Ministru Edward Scicluna, il-kelma iGaming issemmiet darba biss. Dan meta bhalissa s-settur tal-gaming qed jaffacja sfidi kbar li hemm bzonn jigu indirizzati.
//= $special ?>