Mużika

Suċċess għal tliet Maltin fi Star Voices

Suċċess għat-tliet Maltin li rrapreżentaw lil Malta fil-festival Star Voices li ttella’ fl-Iżvizzera.

It-tliet Maltin li kienu qed jieħdu sehem f’sezzjonijiet differenti rnexxielhom jaslu sal-finali ta’ dan il-konkors huma Bradley DeBono u Alison Formosa jinsabu taħt il-gwida ta’ Claudia Magrin minn The Voice Lab – Malta u Mark Portelli jinsab taħt il-gwida ta’ Danica Muscat u Joseph Chircop minn Harmond Ensemble Music & Voice Acaddemy.

Il-kantanti Maltin kienu msejħa fost l-aqwa kantanti li kien hemm fil-kompetizzjoni u Bradley DeBono rnexxielu jirbaħ it-tielet post.

Wara dan ir-riżultat Bradley ġie mistieden sabiex jikkompeti ġo festival ieħor fl-Italja.