Pajjizna qed jaffacja thezziza fis-settur bankarju. Din hija l-analiżi li ssir mill-editorjal tat-Times, illi l-Ħamis ta’ ħarsa lejn dan is-settur tant importanti għall-ekonomija Maltija.
It-Times tgħid illi wasal iż-żmien biex il-bank jadattaw għall-bidliet mitluba mill-azzjonisti jew is-superviżuri bankarji.
L-aħbar tal-HSBC u l-għeluq ta’ disa’ fergħat tidħol fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-grupp li jtejjeb il-profittabilità tiegħu.
Il-bank, ovvjament, qed ibiegħ il-bidla sinifikanti fil-mudell tan-negozju tieghu bħala żvilupp pożittiv li qed isir fl-interess tal-klijenti tagħhom…iżda l-klijenti, speċjalment l-anzjani, għandhom opinjoni differenti dwar dan.
It-Times titkellem ukoll dwar il-BOV illi jinsab fi stadju iktar bikri tar-ristrutturar. U tghid illi l-istrateġija ta’ tneħħija tar-riskju tal-BOV qed tiġi mgħaġġla minħabba li t-theddida li jitilfu aktar correspondent banks; kollha ma’ banek ibbażati fl-Istati Uniti. Din qed toħloq sfida eżistenzjali għall-akbar bank ta’ Malta.
Il-mistoqsija li hemm bżonn li ssir hija għaliex il-Gvern bħala sharholder ma tax sinjal lill-amministrazzjoni tal-bank, permezz tal-MFSA, dwar il-ħtieġa li jkun hemm immaniġjar ta’ riskju ferm aktar kmieni.
Id-deċiżjoni tad-Deutsche Bank li jwaqqaf is-servizzi bankarji korrispondenti lill-banek Maltin hija daqqa ta’ ħarta oħra.
L-editorjal jghid illi t-thezziza fil-qasam bankarju se jkollha konsegwenzi profondi fuq is-setturi ohrajn. Dan apparti l-possibilta’ li jkun hemm tnaqqis fil-work force tal-istess banek.
//= $special ?>