Tinstab l-omm li kienet rappurtata nieqsa hekk kif bint kmieni wara waranofsinhar talbet għall-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab ommha, Vivienne li tbati mid-dimenzja.
Charlotte Dimech għamlet dan l-appell permezz tal-midja soċjali ftit tal-ħin ilu, fejn saħqet li ommha ħarġet mid-dar waqt li hija kienet xogħol, b’binha ma jindunax.
Il-mara qalet li kaġun tad-dimenzja ommha ma tiftakarx tmur lura d-dar waħedha.
Hija rringrazzjat lill-pubbliku li għen biex ommha nstabet qawwija u sħiħa.