- Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li l-PN qed joħroġ l-id tal-ħbiberja għal mozzjoni komuni fuq l-ambjent.
Fil-parlament David Agius qal li l-gvern kellu joħroġ l-id tal-ħbiberija quddiem il-mozzjoni pożittiva tal-Oppożizzjoni iżda dan ma sarx. Dan quddiem xi ħaġa ta’ importanza dinjija u nazzjonali. Hu qal li l-Oppożizzjoni kienet tistenna li tul il-ġimgħa li għaddiet isiru diskussjonijiet mal-gvern biex ikunu diskussi l-emendi li l-gvern ressaq għall-mozzjoni.
David Agius qal li l-Kunisll Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) kiteb lill-Prim Ministru biex l-ittra li dawn baghtulu tinqara fil-Kamra iżda l-gvern ma qrahiex u kellha tkun id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li taqra din l-ittra. Hu staqsa li x’żamm lill-gvern milli jiġi quddiem il-parlament u jwassal il-messaġġ u jgħid li, skont il-gvern, fil-liġi hemm dak kollu li l-KNŻ talbu.
Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-PN qed jitkellem f’isem iż-żgħażagħ fil-parlament u qed jgħid li għandu jitwaqqaf kumitat parlamentari biex jitħares il-futur ambjentali tal-pajjiż waqt li jkun nominat supretendent li jitkellem b’mod indipendenti favur l-ambjent. Il-PL ma jistax jogħla ‘l fuq mill-politika fl-ambjent, sostna David Agius, li kompla li l-PN qed iħares lejn il-futur u li l-ġenerazzjonijiet futuri jgħixu ħajja aħjar.
Hu qal li l-gvern m jridx jintrabat bil-kundizzjonijiet ambjentali u appella lill-gvern biex ma jkissirx it-tama taż-żgħażagħ Maltin. Il-Gvern għandu jaqbel mal-Oppożizzjoni li dan il-pajjiż għandu emerġenza fil-klima. David Agius kompla li fejn jidħol l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, il-pajjiż irid jagħmel iktar, ikun iktar serju u jkollu iktar xogħol. Jeħtieġ il-bilanċ sostenibbli, sostna David Agius, li kompla li għall-PN l-ambjent hu prijorità.
David Agius appella qabel jitieħed il-vot finali fuq il-mozzjoni jintsab mezz kif iż-żewġ mozzjoniiet jintrabtu flimkien. Il-PN qed joħroġ l-id tal-ħbiberija u l-irġulija issa jonqos biss lill-gvern biex jagħmel pass ‘il quddiem għax jaqbel għalina, għal pajjiżna u għal uliedna.
//= $special ?>