‘Il fuq minn 60 persuna tilfu ħajjithom fi splużjoni ta’ bomba, ftit tal-ħin ilu, ġo moskea fil-provinċja ta’ Nangarhar, lejn il-Lvant tal-Afganistan. L-isplużjoni anki ħalliet għexieren ta’ midruba, bl-istraġi sseħħ waqt is-sessjoni tat-talb ta’ nhar ta’ Ġimgħa għall-Musulmani.
L-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għal dan l-attakk, bir-rapporti jgħidu li l-isplużjoni tant kienet qawwija li anki qerdet is-saqaf tal-moskea.
L-isplużjoni seħħet sigħat biss wara li n-Nazzjonijiet Uniti żvelat li l-ammonti ta’ ċivili maqtula fl-Afganistan kienu laħqu ammonti bla preċedent ( f’dan il-pajjiż) matul is-sajf.
//= $special ?>