Il-kontroversja tal-Università tal-Ġordaniżi kompliet matul il-ġurnata tal-lum hekk kif minn ritratti li kiseb Net News jidher biċ-ċar li s-sidien tal-Università Amerikana qed iħaffru biex iwaħħlu l-bollards biex b’hekk jieħdu l-parkeġġ tar-residenti tal-Isla.
Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit, jidher li meta l-Gvern Laburista neħħa l-art biex tinbena l-Università, Sadeen Group, kienu xtraw ukoll l-art li għal snin twal kienet tintuża mir-residenti tal-Isla u l-madwar.
Dan ħareġ fid-dawl ta’ applikazzjoni riċenti li dehret quddiem il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar biex din l-Università tiġi estiża, applikazzjoni li nbagħtet lura għand il-periti u l-iżviluppaturi biex joħorġu bi pjan aħjar.
Iżda jidher li għalkemm il-bini m’għandux permess biex jibda, Sadeen Group iddeċidew li jkeċċu lir-residenti mill-parkeġġ sabiex iżommu l-art li tagħhom il-Gvern għalihom biss.
Bosta residenti li tkellmu ma’ Net News saħqu li jinsabu mxebba b’dan it-trattament tal-Gvern fil-konfront tagħhom għaliex ħeba minnhom li din l-art ta lill-Università żmien ilu. Ir-residenti jinsabu frustrati li mhux talli ittieħdilhom l-art minn wara darhom, iżda issa jibżgħu li quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar il-proġett massiċċ ser ikun qed jiġi approvat biex ikompli jagġmel is-sitwazzjoni tar-residenti agħar milli hi.
Fl-aħħar ħinijiet kenu msejjħa Pulizija fuq il-post għaliex inqalgħu xi argumenti.
//= $special ?>