Lokali

Il-poplu għandu dritt għall-verità – PN

Illum, it-tliet Ministri Chris Cardona, Konrad Mizzi u Edward Scicluna ppreżentaw fil-Qorti siltiet mir-rapport Egrant, rapport li skont il-Gvern u l-Avukat Ġenerali kien għand numru ristrett ta’ nies, li ma kienx jinkludi dawn it-tliet Ministri.

Dan ħareġ minn stqarrija tal-Partit Nazzjonalista fejn issemma kif xi ħadd mhux qed jgħid il-verità.

Dan seħħ fl-isfond ta’ kawża li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sabiex jingħata kopja sħiħa tar-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar Egrant, temmet tgħid din l-istqarrija.