Clayton Bartolo – membru Parlamentari tal-Gvern, u accoutant jgħid li l-faqar trid tarah f’perċentwali, mhux fin-numri reali.
Dan hu l-mod kif Gvern Laburista jikkonsola fuq id-89,000 persuna f’pajjiżna li jgħixu f’riskju reali ta’ faqar. Izda ma tridx tkun xi Einstein biex tifhem, li jekk il-popolazzjoni tagħna żdiedet sew, il-perċentwali ta’ dawk f’riskju ta’ faqar, anke jekk in-numri jkunu kibru, jidhru li jkunu ċkienu.
Waqt diskussjoni dwar il-Budget fil-programm Net Live, Robert Cremona tkellem ma’ tliet personalitajiet li huma midħla tal-qasam.
L-opinjonista u tabib Frank Portelli tkellem dwar ir-realtajiet tal-anzjani llum. Hu spjega kif iż-żieda li ngħataw l-anzjani diġa ttieklet bl-għoli tal-ħajja tas-sena li għaddiet.
Argument li sostna wkoll Gejtu Vella, ex Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin, fejn minbarra li qal li l-Gvern reġa naqas milli jimplimenta l-living wage biex jassigura li kulħadd verament ikun jista’ jgħix ħajja dinjituża, fakkar ukoll li ż-żieda li ta l-Gvern hija retroattiva.
Aktar krtika anke mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Anzjani, fejn Nazju Abela rrefera għall-miżura tal-Gvern li jagħti t-trasport b’xejn lil dawk kollha li għalqu l-75, fejn qal li din turi x’inhi l-valuta li jagħti l-Gvern lill-Anzjani.
Dan, qal Nazju Abela, minkejja l-ħafna kliem sabiħ u l-ftaħir kollu bis-surplus.
//= $special ?>