Mistieden fuq il-programm Net Live, Heathcliff Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tal-Loghob tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-qasam tal-Gaming f’pajjiżna, fejn waħda mill-isfidi li jibqa’ jiffaċċja dan is-settur hija l-kirjiet dejjem jgħolew.
Heathcliff Farrugia spjega kif dan il-fatt laqat mhux biss il-qasam tal-Gaming imma anke oqsma oħra.
Dawn iz-zidiet fil-prezzijiet tal-kirjiet biddlu anke d-drawwiet tal-kiri fost il-ħaddiema barraning fil-gaming hekk kif min qabel kien jikri appartament għalih, issa qed jagħżel li jikri ma’ persuni oħra.C
Izda naturalment, ħaddiema barranin li qed jiġu bil-familja, qed isibuha aktar diffiċli jlaħħqu mal-prezzijiet tal-kiri, minkejja li hu fatt magħruf li l-pagi f’dan is-settur huma ġenerużi ferm.
L-industrija tal-gaming ġiet stabbilita f’pajjizna lura fil-bidu tas-snin 2000 u minn dakinhar baqa’ settur b’saħħtu li jikkontribbwixxi b’mod qawwi fl-ekonomija ta’ pajjiżna.
Fl-aħħar xhur kienu bosta l-kumpaniji li naqqsu l-ħaddiema jew irrilokaw għal pajjiż ieħor. Dan apparti l-problemi li ġabu magħhom id-diversi stejjer relatati ma’ ħasil ta’ flus.
//= $special ?>