Futbol Sport

Jirriżenja l-kowċ tal-Bulgarija wkoll wara l-logħba kontra l-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ nazzjonali tal-Bulgarija Krasimir Balakov irriżenja wara l-abbuż ta’ razziżmu kontra l-plejers Ingliżi. F’intervista wara l-logħba, Balakov kien qal li ma sema’ l-ebda ħsejjes ta’ xadini u kien sostna li jitlob apoloġija lill-plejers Ingliżi kieku l-UEFA ippruvat li kien hemm abbuż diskriminatorju.

Borislav Mihaylov ikkonferma wkoll li kien qed jirriżenja minn President tal-Assoċjazzjoni Bulgara filwaqt li rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu lil l-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni rriżenja.

Mihaylov qal li d-deċiżjoni biex jirriżenja ma għandiex x’taqsam mat-talba ta’ Prim Ministru iżda sempliċiment minħabba li l-paċenzja tiegħu spiċċat. B’hekk hemm vojt kbir fit-tmexxija tal-futbol fil-Bulgarija, hekk kif ma għandhomx President u Kumitat Eżekuttiv fl-Assoċjazzjoni kif ukoll kowċ nazzjonali.