Aktar ma’ tikber il-popolazzjoni ta’ pajjiżna, aktar jikbru l-isifidi fil-qasam tal-kura tas-sahha.
Xi ħaġa li stqarr l-istess Ministru Michael Falzon, li hu responsabbli mill-Familja u s-Solidarjetà Soċjali,meta qalilna li d-demografija ta’ pajjiżna hi dik li hi.
Iżda minkejja li żgur li l-Gvern huwa konxju li l-isfidi f’dan il-qasam qegħdin jiżdiedu u mhux jonqsu, qed jibqa’ għaddej bl-importazzjoni ta’ 10,000 barrani kull sena, mingħajr ma qiegħed jaħseb x’se jsir minnhom dawn il-persuni sa 10 jew 20 sena oħra.
Staqsejna lill-Ministru meta mistenni li tkun lesta l-estensjoni tal-isptar San Vinċenz, u fost tlaqliq u eżitazzjoni ċara, il-Ministru fl-aħħar tana deadline għal sena’oħra.
Staqsejna wkoll lill-Ministru dwar il-kċina l-ġdida f’San Vinċenz de Paule. Kċina li swiet aktar minn 4 miljun ewro, u li sa issa jidher li minkejja li ilha li ġiet inawgurata aktar minn sena u nofs, għadha mhix tintuża ħlief biex issaħħan l-ikel.
Filfatt Net News għandu informazzjoni minn sorsi ta’ min jorbot fuqhom li l-ikel għall-anzjani qed jasal l-isptar lest u ffriżat, biex imbagħad jiġi biss imsaħħan f’din il-kċina state of the art.
Microwave li sewa lill-poplu Malti is-somma sensazzjonali ta’ 4 miljun ewro.
//= $special ?>