Lokali

Min hu responsabbli ta’ din it-triq fil-Qawra?

Ir-residenti ta’ Triq Andrew Cunningham fil-Qawra, San Pawl il-Baħar jinsabu frustrati bis-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha hekk kif għal ġranet sħaħ qed jintbagħtu minn dipartiment għall-ieħor u ħadd mhu jerfa’ r-responsabbiltà.

Residenti li tkellmu ma’ Net News qalulna li meta marru għand il-Kunsill Lokali qalulom li huma xogħolom jimlew il-ħofor biss. Infrastructure Malta farfru u qalu li huma jagħmlu biss toroq prinċipali u ħadd ma jrid ineħħi dan il-periklu minn quddiem dawn ir-residenti, minkejja li ilhom jiġru wara l-awtoritajiet.