F’Ġunju tal-2010, Joseph Muscat, dak iz-zmien Kap tal-Oppożizzjoni, dwar il-faqar kien qal li biex issolvi problema, trid tirrikonoxxi li għandek problema.
Fl-aħħar xhur, hekk kif il-faqar f’pajjizna kompla jikber u jsir ir-realtà ta’ aktar nies, Gvern Laburista baqa’ għaddej bi spin qawwi biex jipprova jpinġi stampa differenti minn dik reali.
Statistika tal-Eurostat – l-uffiċju tal-istatistika Ewropew, juri li f’Malta issa, għandna 89,000 persuna f’riskju ta’ faqar.
Imma l-Gvern ta’ Muscat qed juża saħansitra l-istazzjon Nazzjonali biex iqarraq u jgħawweġ il-fatti billi jikkwota biss il-persentaġġi. Artiklu li jistona kompletament ma’ dawk li dehru fil-bqija tal-gurnali u siti online.(
Madankollu, il-Gvern jibqa’ jgħawweġ u jdawwar ċifri u fatti, bħalma għamel il-Ministru Michael Falzon illum stess, darbtejn f’temp ta’ 10 sekondi, fejn qal li qabel inbidel il-Gvern kien hawn 99,000 persuna f’risku ta’ faqar u li llum hawn 80,000.
Żewġ żbalji ħoxnin.
Fl-2013, il-persuni f’riskju ta’ faqar ma kienux 99,000 kif qal il-Ministru, imma kważi 65,000. Żball oħxon ta’ 34,000.
U llum mhmiex 80,000 dawk f’riskju imma 89,000
Żball ta’ 9000 persuna.
Minkejja r-realta’ ta’ dawn in-nies, il-Gvern jibqa’ jipprova jgħaddi ż-żmien bil-poplu, u jibqa jirriffjuta li jammetti li għandu problema.
//= $special ?>