Lokali

Mixja u dawra bil-muturi b’risq il-Fondazzjoni Action for Breast Cancer

Ikomplu l-attivitajiet Pink October hekk kif il-Ħadd li ġej u l-Ħadd ta’ wara il-Fondazzjoni Action for Breast Cancer se torganizza mixja f’Ta’ Qali u dawra bil-muturi b’risq ix-xogħol li tagħmel il-fondazzjoni ma’ persuni milquta b’kanċer fis-sider u l-familji tagħhom.

Il-mixja tal-Ħadd li ġej se titlaq minn fejn l-outdoor gym f’Ta’Qali għall-ħabta tad-9.30 a.m. madwar Ta’ Qali. Wara jkun hemm sessjoni ta’ taħriġ ma’ fitness instructor. Wara l-attivita’ se jitqassmu ilma u frott lill-parteċipanti. Għal din l-attivita’ qed tintalab donazzjoni ta’ €10.

RITRATT: Fleur Cilia Buckett

Il-Ħadd ta’ wara, is-27 ta’ Ottubru, se tittella l-ħames edizzjoni tal-Pink October Ride b’risq il-Fondazzjoni Action for Breast Cancer. Fleur Cilia Buckett. Id-dawra bil-muturi se titlaq mill-parkeġġ tal-Luxol fl-10a.m. u tirritorna fl-istess post fejn se jkun hemm attivitajiet għall-familja kollha. Din id-dawra tkun mistennija ħafna mis-sewwieqa tal-muturi li jfakkru Pink October u jagħtu daqqa t’id. Fis-sena li għaddiet, inġabru iktar minn €3,000 mill-bikers b’risq il-Fondazzjoni Action for Breast Cancer. Il-Parteċipanti fil-Bike Ride qed jintalbu donazzjoni ta’ €5

RITRATT: Fleur Cilia Buckett