Lokali

Sensiela ta’ splużjonijiet fil-Marsa

Jidher li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident

Għall-ħabta tas-1am tal-Ġimgħa filgħodu, bosta Maltin fiċ-ċentru u n-nofsinhar tal-gżira qamu maħsuda b’sensiela ta’ splużjonijiet ġejjin minn fabbrika tal-biodiesel.

Ikkuntattjat minn NET News, kelliem għall-Pulizija qal li jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, li seħħ fi Triq l-Ingieret, fil-Marsa, fl-inħawi tal-korsa tal-golf u tar-residenza San Vinċenz de Paule, limiti ta’ Ħal Luqa.

Il-ħidma biex intefa’ dan in-nar kienet waħda diffiċli ferm hekk kif xi materjal fil-fabbrika beda jisplodi ġaladarba tella’ t-temperaturi iżda b’xorti tajba n-nirien ġew kkontrollati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ntfew sigħat wara u fortunatament ħadd ma wegga’ f’dan l-inċident.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejin.