L-għaqda ambjentali BirdLife Malta qed tappella lill-Gvern sabiex tiġi stabbilita entità li tipproteġi l-għasafar minn atti kriminali. Tappella wkoll lill-Gvern biex ma jippermettix li jinfetaħ l-istaġun tal-kaċċa għar-rebbiegħa għas-sena d-dieħla, anke għas-summien.
Dan l-apell sar wara vot li ttieħed matul is-57 laqgħa ġenerali annwali ta’ BirdLife Malta li saret il-Ġimgħa ġewwa ir-riserva Naturali tas-Salina, ftit jiem biss qabel jingħata bidu għall-istaġun tal-insib.
Is-Secretarju Ġenerali ta’ BirdLife Malta, Saviour Balzan, semma ix-xogħol li sar matul din l-aħħar sena filwaqt li ppreżenta tliet oġettivi li BirdLife Malta se tkun qed taħdem fuqhom fis-sena li ġejja.
Fost dawn hemm il-konsolidazzjoni tar-riserva tas-Salina, ħidma biex jiżdiedu l-voluntiera u membri fi ħdan BirdLife Malta kif ukoll il-ħolqien ta’ sorsi ġodda ta’ finanzi għal din l-għaqda mhux governattiva.
Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġie elett ukoll kunsill ġdid magħmul minn 11–il membru, li iktar ‘il quddiem ser ikunu qed jeleġġu il-President, Segretarju Ġenerali u t-Teżorier ta’ BirdLife Malta.Waqt il-laqgħa ngħata ukoll premju speċjali lil Raymond Vella għas-servizz tiegħu fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta.
//= $special ?>