Il-persuni b’diżabbiltà qed jerfgħu piżijiet u spejjeż kbar, u dan il-piż anki qed jerfgħuh magħhom il-ġenituri tagħhom. Minkejja dan, uħud mill-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni kienu njorati għax il-Budget ta’ Gvern Laburista.
Dan ħareġ mill-programm Net Live tal-Ġimgħa, f’intervista ma’ Oliver Scicluna l-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.
Huwa qal li anki fil-proġetti infratruttali li qed isiru, mhux dejjem qed jitħarsu l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, hekk kif qed jibqa’ n-nuqqas ta’ aċċess.
Il-Budget 2020 ma tax direzzjoni wkoll ta’ fejn irid li l-pajjiż imur fis-snin li ġejjin f’dan is-settur. Dan qalu l-Perit Michael Falzon meta fl-istess programm kien qed jiġi intervistat minn Robert Kremona.
Falzon tkellem ukoll fuq l-edukazzjoni, hekk il-Gvern fil-budget naqas milli jsaħħaħ dan is-settur tant importanti għal uliedna.
//= $special ?>