Il-Ministru Chris Cardona fl-ebda ħin ma ċaħad li saritlu pressjoni biex tingħata konċessjoni lil grupp ta’ kumpaniji tad-divertiment f’Paceville.
Il-kwistjoni nkixfet minn stazzjon Franċiż li ppubblika filmati fejn Luke Chetcuti, li jmexxi grupp ta’ bars, ristoranti u lukandi taħt il-grupp Hugo, jiftaħar li l-Ministru Chris Cardona u Konrad Mizzi kienu se jgħinuh jikseb parti mill-bajja pubblika ta’ San Ġorġ.
Mistoqsi minn the Times of Malta, Chris Cardona ċaħad biss li talab lill-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi biex jagħti din il-konċessjoni. Madankollu ma ċaħadx li din it-talba saritlu.
Fil-filmati ppubblikati mill-istazzjon Franċiż, Luke Chetcuti jinstema’ ċar jiftaħar li mar jiekol mal-Ministru Chris Cardona u li quddiemu stess, bagħat messaġġ lil Konrad Mizzi.C
F’kummenti lil The Times of Malta, Chris Cardona ma jiċħadx lanqas li ltaqa’ ma’ Luke Chetcuti anzi jgħid li hu jkollu diversi laqgħat ma’ negozjanti Maltin.Min-naħa tiegħu kelliem għall-Ministru Konrad Mizzi ħarab milli jwieġeb mistoqsijiet li sarulu mill-istess ġurnal. Dan hekk kif qal biss li l-akkużi ta’ influwenza politika ma jreġux għax il-konċessjoni qatt ma saret.
//= $special ?>