Internazzjonali

Il-Parlament Ingliż jitlob għal estensjoni ta’ Brexit – rifjutat il-ftehim ta’ Johnson

Ritratt: Business Insider

Il-ftehim ġdid li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson laħaq mal-Unjoni Ewropea għal Brexit ġie rifjutat mill-Parlament Ingliż.

Apparti minn hekk, il-membri parlamentari Ingliżi approvaw mozzjoni biex il-Prim Ministru jitlob lill-Unjoni Ewropea għal estensjoni tad-data biex ir-Renju Unit iħalli l-Unjoni.

Dan ifisser li, jekk l-Unjoni Ewropea tirrifjuta din it-talba u ma jinbidel xejn fl-aħħar 11-il jum qabel jiskatta Brexit, allura r-Renju unit ikollu jħallu l-Unjoni mingħajr ftehim.

Membri tal-Parlament Ingliż, fl-ewwel reazzjonijiet tagħhom, saħansitra wissew lil Boris Johnson biex jibgħat ittra lill-Unjoni Ewropea b’mod immedjat u jitlob estensjoni għal Brexit, inkella jaffaċċja l-ġustizzja.

Waqt li matul il-ġurnata kien hemm stennija għal vot missielet b’riżultat finali fejn il-voti favur ikunu qrib dawk kontra, fil-fatt dawk kontra l-ftehim ta’ Boris Johnson kienu 322 waqt li dawk favur kienu 306.

Il-vot fil-Parlament Ingliż segwa diversi protesti li saru matul il-ġurnata fir-Renju Unit, fosthom meta għexieren ta’ eluf ta’ persuni mxew sal-Parlament waqt li pprotestaw kontra Brexit.

Din kienet l-ewwel darba, fl-aħħar 37 sena, li l-Parlament Ingliż tlaqqa’ nhar ta’ Sibt.