Juventus u Napoli kisbu rebħiet f’dathom filwaqt li Lazio u Atalanta spiċċaw fi draw divertenti ta’ 3-3 fi Stadio Olimpico. Juventus tħabtu biex għelbu lil Bologna 2-1 fl-Allianz Stadium b’Gianluigi Buffon ikun strumentali lejn it-tmiem.
CRISTIANO RONALDO fetaħ l-iskor wara 19-il minuta b’xutt fil-baxx iżda seba’ minuti wara DANILO ġab id-draw b’xutt sabiħ. MIRALEM PJANIC skorja l-gowl rebbieħ fl-54 minuta b’konklużjoni fil-baxx mill-kaxxa. Lejn it-tmiem, Bologna appellaw għal penalty u laqtu l-lasta minn Federico Santander.
Napoli għelbu lil Verona 2-0 fi Stadio San Paolo. L-eroj għat-tim ta’ Carlo Ancelotti kien ARKADIUSZ MILIK li l-ewwel fetaħ l-iskor fis-37 minuta meta kompla għal ġewwa mill-kaxxa kross mix-xellug. Imbagħad irdoppja fis-67 minuta meta mattar siequ għal free-kick mix-xellug.
Lazio wettqu rimonta fl-aħħar 20 minuta biex salvaw punt kontra Atalanta. LUIS MURIEL skorja doppjetta fit-23 u t-28 minuta biex ALEJANDRO GOMEZ għamilhom 3-0 fis-37 minuta. CIRO IMMOBILE naqqas id-distakk minn penalty fid-69 minuta u minuta wara JOAQUIN CORREA daħħal lil Lazio fil-logħba. Kien fid-90 minuta li CIRO IMMOBILE ġab id-draw minn penalty ieħor.
Serie A
Illum: Lazio v Atalanta 3-3, Napoli v Verona 2-0, Juventus v Bologna 2-1
Għada: Sassuolo v Inter 12.30pm, Cagliari v Spal 3.00pm, Sampdoria v Roma 3.00pm, Udinese v Torino 3.00pm, Parma v Genoa 6.00pm, Milan v Lecce 8.45pm
It-Tnejn: Brescia v Fiorentina 8.45pm
//= $special ?>