Rugby Sport

New Zealand fis-semifinali kontra l-Ingilterra b’rebħa kbira kontra l-Irlanda

(Ritratt: EPA)

L-avversarji tal-Ingilterra fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja se jkunu New Zealand wara li rebħa ta’ 46-14 kontra l-Irlanda f’Tokyo. It-tim ta’ Steve Hansen deċiżament kien l-aħjar tim u daħal jistrieħ 22-0 fil-vantaġġ wara żewġ tries ta’ Aaron Smith u żewġ conversions u penalty ta’ Richie Mo’unga.

Codie Taylor u Matt Todd kisbu try kull wieħed fit-48 u l-61 minuta rispettivament biex b’conversion ta’ Mo’unga l-iskor kiber għal 34-0. Robbie Henshaw kiseb l-ewwel try għall-Irlanda 11-il minuta mit-tmiem b’conversion ta’ Joey Carbery iżda try ta’ George Bridge u conversion ta’ Mo’unga żammew il-vantaġġ ta‘ 34 punt.

L-Irlandiżi skorjaw penalty try u conversion ieħor ta’ Carbery fis-77 minuta iżda Jordie Barrett għamel l-aħħar try tal-logħba fl-aħħar minuta għal rebħa kbira.

Logħob li jmiss

Kwarti tal-finali

Il-Ħadd: Wales v Franza 9.15am, Ġappun v Afrika ta’ Isfel 12.15pm