Ikompli l-mument negattiv ta’ Tottenham hekk kif din id-darba naqsu li jegħlbu lit-tim tal-qiegħ Watford f’darhom u saħansitra evitaw telfa b’gowl lejn it-tmiem. Dan ir-riżultat ikompli jitfa’ pressjoni fuq il-manager Mauricio Pochettino. Abdoulaye Doucoure poġġa lil Watford minn fuq wara sitt minuti meta kompla għal ġewwa kross mil-lemin ta’ Daryl Janmaat. Tottenham salvaw draw fid-86 minuta b’gowl ta’ Dele Alli wara żball ta’ Ben Foster, bil-gowl kellu jkun konfermat bil-VAR għal darbtejn wara suspett li Alli mess il-ballun b’idu.
Chelsea telgħu mal-ewwel erbgħa wara rebħa ta’ 1-0 fi Stamford Bridge kontra Newcastle. Il-gowl deċiżiv wasal fit-73 minuta b’xutt b’saħħtu u djagonali fil-baxx ta’ Marcos Alonso.
Manchester City jinsabu momentarjament ħames punti taħt Liverpool wara rebħa ta’ 2-0 f’Selhurst Park kontra Crystal Palace. Gabriel Jesus fetaħ l-iskor wara 39 minuta meta tar biex skorja b’daqqa ta’ ras għar-rokna. Huma rduppjaw żewġ minuti wara b’xutt mill-ewwel ta’ David Silva wara azzjoni maħduma tajba.
Wolves kienu miżmuma f’Molineux Stadium minn Southampton fi draw ta’ 1-1. Danny Ings poġġa lil Southampton minn fuq fit-53 minuta wara li ħa vantaġġ minn żball difensiv iżda Wolves ġabu d-draw fil-61 minuta minn penalty ta’ Raul Jimenez.
Leicester jinsabu fit-tielet post wara li dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Burnley 2-1 fil-King Power Stadium. Chris Wood kien poġġa lil Burnley fil-vantaġġ fis-26 minuta b’daqqa ta’ ras preċiża iżda fil-45 minuta Jamie Vardy ġab id-draw b’daqqa ta’ tas ukoll wara kross mix-xellug. Youri Tielemans skorja l-gowl tar-rebħa fl-74 minuta b’xutt b’saħħtu mill-kaxxa.
Ftit tan-nifs għal Everton u l-manager tagħhom Marco Silva wara rebħa ta’ 2-0 kontra West Ham f’Goodison Park. Bernard fetaħ l-iskor fis-17-il minuta b’azzjoni personali u Gylfi Sigurdsson għalaq il-logħba fit-92 minuta bi ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa.
Aston Villa kisbu rebħa drammatika u importanti fuq Brighton bl-iskor ta’ 2-1. Brighton kienu fetħu l-iskor fil-21 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Adam Webster iżda kellhom jilagħbu parti kbira mil-logħba b’għaxar plejers wara li ntwera t-tieni karta safra Aaron Mooy. Aston Villa ġabu d-draw ġabu d-draw ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima bi kross preċiż mil-lemin ta’ Frederic Guilbert isib lil Jack Grealish li kompla għal ġewwa mill-qrib. Matt Targett skorja l-gowl tar-rebħa fl-94 minuta b’xutt min-naħa xellugija.
Bournemouth u Norwich irnexxielhom it-tnejn ma jsofrux gowl f’logħba dan l-istaġun għall-ewwel darba iżda spiċċaw fi draw ta’ 0-0 fil-Vitality Stadium. Dan kien l-ewwel punt mirbuħ minn Norwich barra minn darhom.
Premier League
Illum: Everton v West Ham 2-0, Bournemouth v Norwich 0-0, Aston Villa v Brighton 2-1, Chelsea v Newcastle 1-0, Leicester v Burnley 2-1, Tottenham v Watford 1-1, Wolves v Southampton 1-1, Crystal Palace v Manchester City 0-2
Għada: Manchester United v Liverpool 5.30pm
It-Tnejn: Sheffield United v Arsenal 9.00pm
//= $special ?>