Caritas Malta appellat biex l-ebda droga, inkluż il-cannabis, ma tiġi meqjusa li għandha xi valur rikreattiv u li l-legalizzazzjoni tal-cannabis għall-użu personali tagħmel iktar ħsara milli ġid lis-soċjetà tagħna.
Fi stqarrija li saret fl-isfond tal-budget ippreżentat fl-aħħar jiem, Caritas Malta rrepetiet dak li qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fid-diskors tiegħu, jiġifieri li l-kura tas-saħħa mentali se tkun waħda mill-ikbar sfidi tal-futur.
Fid-dawl ta’ dan appellat għal kull investiment neċessarju fil-prevenzjoni għax tinnota li l-prevenzjoni tiżboq il-kura. Dan iwassal għal inqas sofferenza umana u tnaqqis ta’ spiża u riżorsi għall-kura.
Madakollu ttenni li l-mediċina rikreattiva, bħall-kannabis, mhix is-soluzzjoni.
Waqt li l-Oppożizzjoni wkoll hi kontra l-użu tal-kannabis għal skop rikreattiva, mhux l-istess jista’ jingħad dwar il-Gvern Laburista fejn hemm qasma evidenti.
Fi tmiem Settembru, is-Sindku Laburista tal-Imtarfa Daniel Attard u l-eks kandidat ghall-Parlament Ewropew Cyrus Engerer saħqu li l-manifest elettorali tal-Partit għandu jiġi onorat.
Dan b’risposta għad-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Julia Farrugia Portelli, il-persuna li hija effettivament responsabbli mir-riformi, inkluż il-legalizazzjoni tal-kannabis. Waqt il-programm Ras imb’Ras, hi saħqet ċar u tond li t-timbru li ngħata lill-kannabis fil-Manifest Laburista kien ħażin filwaqt li saħqet li d-droga, inkluż il-kannabis m’għandhiex tiġi ppreżentata li tista’ tittieħed għall-pjaċir.
//= $special ?>