Rapport:Kenneth Vella
It-48 laqgħa tal-istaġun li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. L-aktar tiġrija mistennija kienet dik tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet mill-Iżvediż Glenn Boko.
Tlettax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Din it-tiġrija ħadet żvolta oħra matul l-aħħar 500 metru tagħha. Dan għax kien dak il-ħin li Rodney Gatt talab lill-Iżvediż tiegħu Glenn Boko biex iħaffef il-pass u jmur quddiem.
B’hekk irnexxielu jaqsam il-linja finali l-ewwel faċilment b’żewġ tulijet minn Velvet Rainbow (Ludvic Ghigo) u Vizir des Jacquets (Jesmar Gafà). Anakit Du Tay (Redent Magro) temm fir-raba’ pożizzjoni. Għal Glenn Boko, ta’ sitt snin, din kienet is-seba’ rebħa staġjonali.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Univers Fredano (A. Ellul) Ħin – 2.46.8” (1.17.9”) 2. Alsace In (D. Ellul) 3. Atout De Carriere (K. Galea) 4. Panda Des Fleches (C. Magri)
II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Verbier (C. Camilleri) Ħin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Ugolin Du Rib (K. Gialanze’) 3. Bering Du Quesne (C. Vassallo) 4. Desir La Douve (Sh. Portelli)
III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Doneisdone (N. Baldacchino) Ħin – 2.43.5” (1.16.5”) 2. Udon d’Occagnes (T. Demanuele) 3. Lillen Sisu (J. Briffa) 4. Trytocatchme (C. Camilleri)
IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Sono Di Pa (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Andromeda Du Nord (Ch. Grech) 3. Sitka Rod (T. Demanuele) 4. Azur (Ch. Vassallo)
V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Look Twice (K. Galea) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) 2. Walentino (J. Scerri) 3. Valse De Banville (J. Tabone) 4. Velvety Ranais (J. Bartolo)
VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Vermouth Des Pres (S. Cortis) Ħin – 3.22” (1.16.5”) 2. Un Marceaux (P. Galea) 3. U. Two Swing (S. Cassar) 4. Invicta (K. Galea)
VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Glenn Boko (R. Gatt) Ħin – 3.23.3” (1.17”) 2. Velvet Rainbow (L. Ghigo) 3. Vizir Des Jacquets (J. Gafa’) 4. Anakit Du Tay (R. Magro)
VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Special Offer (J. Gafà) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Uranus Tepol (Ch. Cassar) 3. Perfect Power (H. McKay) 4. Remain Garbo (G. Azzopardi)
//= $special ?>