Mietu talanqas tliet persuni fost nirien li qabdu ġo supermarket f’Santiago waqt it-tieni lejl konsekuttiv ta’ protesti fil-kapitali Ċilena. L-inkwiet qed ikompli minkejja li l-President taċ-Ċilì, Sebastian Pinera, issospenda ż-żieda fin-nolijiet tal-metro li kienet wasslet għall-protesti ħorox.
Intant, hemm preżenza sinifikanti ta’ truppi u tankijiet tal-gwerra fil-kapitali wara li l-Gvern taċ-Ċilì iddikjara stat ta’ emerġenza u impona curfew għal matul il-lejl. L-istazzjonar tal-mijiet tat-truppi fit-toroq ta’ Santiago jirrappreżenta l-ewwel preżenza militari fil-kapitali Ċilena mill-1990, meta l-pajjiż irritorna għal demokrazija wara snin ta’ dittatorjat taħt it-tmexxija ta’ Augusto Pinochet.
Il-protesti li żdiedu qed jirriflettu l-għadab dwar l-għoli tal-ħajja fiċ-Ċilì li hi fost l-aktar pajjiżi Latini-Amerikani stabbli. L-inkwiet hu l-agħar għal għexieren ta’ snin fil-pajjiż u qed jesponi l-firda bejn il-klassijiet soċjali fost sejħiet intensivi għal riformi ekonomiċi.
//= $special ?>