Il-Pulizija qed tfittex raġel barrani li allegatament kien involut f’argument u darab persuna oħra b’daqqiet ta’ strument jaqta’ u bil-ponta. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema għall-ħabta ta’ tad-9.30p.m.
Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema marru fuq il-post u sabu raġel mixħut mal-art. Immedjatament issejjaħ tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>