Lokali

Raġel irrapurtat nieqes

Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku għall-għajuna biex jinstab raġel irrapurtat nieqes.

David Sciberras ta’ 56 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija nhar id-19 t’Ottubru 2019. Huwa deher l-aħħar nhar it-18 t’Ottubru 2019 għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu meta ħareġ mir-residenza tiegħu biex imur lejn il-Mosta.

Huwa kien qiegħed juża vettura griża tat-tip Mitsubishi Colt u kien liebes flokk blu, bl-abjad u bl-iswed, qalziet blu u żarbun iswed.

Il-Pulizija qed titlob lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel biex jikkuntattjahom, anki b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.