Ambjent Kunsilli Lokali Lokali Turiżmu

Saqqu mormi max-xatt ta’ San Ġiljan is-Sibt filgħaxija

Ritratt: Kunsill Lokali San Ġiljan
Il-Kunsill Lokali jfakkar li joffri servizz ta' ġbir ta' skart goff b'xejn

Ritratt imtella’ mill-paġna tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan juri saqqu mormi max-xatt ta’ San Ġiljan, fi Triq Ġorġ Borg Olivier.

Nies irresponsabbli mhux magħrufa ddeċiedew li jarmu dan is-saqqu mdaqqas fuq l-għatba ta’ residenza privata, b’nofsu fuq il-bankina, propju s-Sibt filgħaxija, meta t-triq tkun miżgħuda b’Maltin u turisti jippassiġġaw mal-kosta, partikolarment meta t-temp ikun sabiħ bħalma kien ilbieraħ.

Il-Kunsill Lokali, filwaqt li appella lill-pubbliku biex jgħaddilu kwalunkwe informazzjoni dwar min seta’ rema dan is-saqqu, fakkar kif il-Kunsill Lokali joffri s-servizz ta’ ġbir ta’ skart goff b’xejn billi jċempel fuq 21373111 fil-ħin tal-uffiċċju.