100 sena wara t-tagħlim tal-Papa BenedittuXV dwar il-missjoni, il-Papa Franġisku iħabbar li għal din is-sena minflok ġurnata waħda f’Ottubru din is-sena ix-xahar kollu se jkun iddedikat għal-missjoni.
Dan ix-xahar strordinarju għandu jħeġġiġna llkoll inġeddu l-impenn missjunarju tagħna.
Net News tkellem ma’ Robert Farrugia minn Missio Malta, fejn fost l-oħrajn qalilna dwar dan il-jum importanti għal-missjoni, kif ukoll din is-sena speċjali.
F’Malta, il-fergħa lokali tal-organizzazzjoni Internazzjonali Missio, ingħaqdet ma’ pajjiżi oħra u ilha għall-aħħar xahrejn għaddejja b’kampanja bl-isem ta #mymission.
Din il-kampanja tiffoka fuq l-importanza li niffukaw fuq il-missjoni tagħna personali fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-aħħar jiem anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ngħaqad ma’ din il-kampanja u esprima l-appoġġ tiegħu waqt żjara li għamel fl-Università ta’ Malta.

