Lokali

Żagħżugħa ssofri ġrieħi gravi wara li titlef il-kontroll tal-mutur

Żagħżugħa qed issofri minn ġrieħi gravi hekk kif tilef il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-11.20 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni s-sewwieqa ta’ 19-il sena mis-Siġġiewi tilfet il-kontroll tal-mutur fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Il-mutur kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn il-Magħtab meta seħħ l-inċident.

Iż-żagħżugħa minnufih ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.