Anzjan ta’ 61 sena minn Marsaskala qed ikun akkużat li stupra żewġ neputijiet tiegħu.
Fil-qorti ħareġ li dan seħħ meta l-anzjan ġie fdat biex jieħu ħsieb iż-żewġt ibniet ta’ 10 snin. Minkejja dawn l-akkużi, hu wieġeb mhux ħati.
Permezz tal-avukat tal-għajnuna legali, l-anzjan ma talabx għal ħelsien mill-arrest minħabba l-gravità tar-reat.
Il-Qorti laqgħet it-talba li saritilha mill-Prosekuzzjoni mmexija mill-Ispettur Roxanna Tabone biex it-tfal jingħataw il-protezzjoni għas-sigurtà.
L-akkużat inżamm arrestat filwaqt li ordnat li ismu ma jixxandarx biex il-vittmi jkunu protetti.
//= $special ?>