Ingliża ta’ 82 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li għal ħabta tal-16.40 tat-Tnejn, seħħ inċident tat-traffiku bejn 2 vetturi fi Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr
Minn stħarriġ preliminari tal-pulizija rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Peugeot, misjuqa minn mara ta’ Nazzjonalita barranija li fiha kien hemm 2 nisa passiġġieri, waħda minnhom il-mara li ttieħdet l-isptar, u vettura tat-tip Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 24 sena mix-Xagħra, Għawdex.
Tim mediku ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa filwaqt li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.