Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan preżentament qiegħed fil-proċess sabiex jipprova jakkwista Palazzo Spinola sabiex jintuża bħala Sede tal-Kunsill Lokali u Ċentru Ċiviku għall-komunità ta’ San Ġiljan.
Net News ħa l-kummenti ta’ Albert Buttigieg is-Sindku ta’ San Ġiljan fejn spjega f’aktar dettall il-kunċett ta’ din l-idea fejn sostna li dan iċ-Ċentru Ċiviku se jkun qed jaqdi l-irwol ta’ one stop shop, fejn ir-residenti jsibu bosta servizzi f’din il-binja.
Buttigieg spjega magħna wkoll il-limitazzjonijiet li llum qed taffaċċja l-lokalità Ġiljaniża.
Is-Sindku ta’ San Ġiljan qal li dan il-Palazz se jservi bħala Berġa, u jnaqqas l-inkonvenjent tar-residenti speċjlament tar-residenti, fosthom l-anzjani.
Qalilna wkoll li jekk din l-idea ssir għandu jkun hemm librerija pubblika u kif ukoll information desk professjonali għat-turisti. Xi ħaġa li preżentament m’hemmx fil-lokalità ta’ San Ġiljan.
Huwa kellimna wkoll dwar dak li jaħsbu l-Kunsilliera fuq din l-idea fejn kemm il-Kunsilliera Nazzjonalista u kif ukoll dawk Laburista jaqblu ma’ din l-idea.
Buttigieg qal li dan huwa mument li l-Gvern Ċentrali jagħti lura lill-komunità li ta’ kuljum tbati minn problemi ta’ parkeġġ, il-bankini li ttieħdu mir-ristoranti u mill-istorbju tal-krejnijiet.
//= $special ?>