Lokali Parlament

Bżonn ta’ impenn akbar

Il-pazjenti li jabtu bl-artirte hemm bżonn li jsibu posthom fis-soċjetà ghaliex f’xi kazi qed isibu ruħhom emarġinati.

L-artrite tista’ tatakka lil-bniedem sa minn eta’ żgħira u tikkawża ħafna tbatijiet psikoloġiċi, soċjali u finanzjarji… apparti mill-uġieħ u problemi fil-mobilita’. Meta l-bniedem jkun għadu żgħir iħossu b’saħtu u jagħmel kull tip ta’ xogħol ta’ strapazz mingħajr ma jħares fit-tul u jġib quddiem għajnejh il-ħsara li tkun qed issir lil saħtu. Iżda fil-verita’, kawza oħra ta’ artrite tigi mit-tip ta’xogħol li l-persuna tkun għamlet tul ħajjitha.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar  l-Anzjanita Attiva, Persuni b’diżabbilta u l-ġlieda kontra d-dipendenza u l-vizzji Maria Degura fid-diskors tagħha fil-Parlament qalet li  temmen li għandhom isiru kampanji edukattivi biex iqajmu għarfien dwar kif persuna l-aħjar tieħu ħsieb saħħitha ħalli tevita mard diġenerattiv bħal artrite.

Nafu li f’pajjiżna mil-inqas għandna madwar 50,000 persuna li ssofri bl-artrite.

Fejn jidħol il-mard bħal l-artrite ma nistawx ninsew il-kontribut kbir u siewi li jagħu il-professjonisti mediċi u professjonijiet oħra . Għalhekk huwa importanti li nħajru iżjed żagħżagħ lejn dawn il-professjonijiet aktar u aktar meta nafu li is-servizzi eżistenti diġà mhux qed ilaħħqu mad-domanda. Hija qalet li jinħtieġ li nagħmlu aktar sforzi biex il-popolazjoni anzjana tagħna tibqa’ attiva aktar fit-tul sew mentalment u anke fisikament.

Persuni li jbatu minn artrite qawwija speċjalment dawk li jgħixu waħedhom fi djarhom għandhom jingħataw kull għajnuna biex jelbu l-isfidi li jħabtu wiċċhom magħhom. L-għajnuna jinħtieġ li tkun ippersonalizata u li tingħata fil-komunita’ biex kemm jista’ jkun jibqgħu indipendenti u jevitaw li jkunu rikoverati f’residenzi għal anzjani.

Min-naħa tiegħu l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Stephen Spiteri sostna li rridu ngħarfu b’sens politika minn xiex ikunu għadejjin dawn l-individwi. Hemm bżonn ta’ aktar sapport f’kura u mediċini ġodda li qed jiġu żvilupppati biex dan il-mard ikun jista’ jiġi kkontrollat. Huwa saħaq li lil dawn il-pazjenti rridu noffrulhom l-aħjar biex ħajjithom tkun b’inqas tbatija.

Il-Gvern għandu joffri iktra policies li jkunu ta’ sapport fil-mixja kollha li dawn il-pazjenti ikunu għaddejjin minnha, sapport fix-xoghol – li jkollhom xogħol addattat għall-kapacitajiet li jkollhom kif ukoll ikun hemm sapport finazjarju. Stephen Spiteri saħaq li trid issir iktar riċerka f’dan ir-rigward sabiex il-pazjenti jieħdu kura aħjar milli qed jieħdu llum.

Tags