Numru ta’ Pulizija ssejħu f’Ħal Far wara li grupp kbir ta’ immigranti inġabar fuq barra taċ-Ċentru Miftuħ fi protesta organizzata.
F’ħin minnhom l-immigranti kissru l-karozzi tal-Pulizija li waslu f’Ħal Far (ritratt t’hawn taħt), filwaqt li tliet vetturi oħra ingħataw in-nar. Wieħed mill-uffiċjali tal-RIU sofra wkoll feriti ħfief, filwaqt li s’issa tliet uffiċjali sofrew xi feriti minn oġġetti li tefgħu l-immigranti.
Net News hu infurmat li l-ammont ta’ immigranti kien wieħed kbir, u li qabeż l-1,200 persuna. Sa dalgħodu, l-immigranti kienu ħadu f’idejhom l-Open Centre u ħadd ma kien qed jitħalla jidħol.
Il-Gvern baqa’ totalment sieket dwar din ir-rewwixta organizzata.

Din mhix l-ewwel okkażjoni fl-aħħar ġimgħat fejn kellna dawn it-tip ta’ protesti f’Ċentri ta’ Detenzjoni. Fl-aħħar 9 xhur f’pajjiżna daħlu ‘l fuq minn 2,100 immigrant.
