Lokali Parlament

Il-gvern jitkellem dwar ir-rewwixta tal-immigranti wara insistenza tal-Oppożizzjoni

Minkejja l-gravità tar-rewwixta li wettqu numru ta’ immigranti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far ilbieraħ, il-Gvern ta informazzjoni fuq insista tal-Oppożizjoni u mhux minn rajh.

Kien il-Viċi-Kap tal-PN David Agius li fil-parlament staqsa jekk il-gvern kienx se jagħmel xi stqarrija ministerjali jew wara l-inċidenti vjolenti li seħħew f’Ħal Far.

Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li Malta hi pajjiż demokratiku li fih jistgħu isiru dimostrazzjonijiet paċifiċi iżda ma jista’ jinqabeż il-limitu għax il-liġi hi għal kulħadd.

Hu ċaħad li kien hemm 1200 immigrant involut fir-rewwixta għaliex dawk involuti kienu inqas minn 300. Il-pulizija arrestaw 107 persuni arrestati waqt li fil-konfront ta’ ċetu persuni se jittieħdu passi bil-qorti kontriehom.

Hu kompla li għaddejja investigazzjoni mill-Maġistrat li qed tagħmel l-inkjesta maġisterjali. Il-Ministru Farrugia sostna li kellu laqgħa ma’ rappreżentanti tal-ħaddiema biex ikunu diskussi xi punti mqajma biex ikun hemm protokolli dwar kif isiru l-affarijiet.

Hu qal li kien hemm tliet pulizija li sofrew ġrieħi ħfief li ntbagħtu d-dar bla porblemi. Il-gervn se jagħmel tajjeb għall-ħsarat fuq il-vetturi li nħarqu.