Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna mingħajr l-ebda riżerva l-atti ta’ vjolenza li seħħew matul dan il-lejl fiċ-ċentru f’Ħal Far.
Permezz ta’ stqarrija il-Partit Nazzjonalista juri solidarjetà mal-Pulizija, l-Armata u l-Uffiċjali tad-Detenzjoni aggrediti f’dawn l-inċidenti. L-istqarrija inħarġet minn Beppe Fenech Adami kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità u Carmelo Mifsud Bonnicikelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
Il-PN tenna illi kull min huwa f’pajjiżna għandu l-obbligu li josserva l-liġijiet tagħna u kull min jikser il-liġi u jagħmel reat għandhom jittieħdu passi kriminali kontrih.
//= $special ?>