Lokali

Inizjattiva biex jitħawlu aktar siġar fil-Mosta

Kunsillier Nazzjonalista strumentali biex jitħawlu aktar siġar fil-Mosta

B’inizjattiva personali tal-Kunsillier Nazzjonalista Joseph Gatt, tħawlu 52 siġra fiz-zona tal-batterija tat-Tarġa fil-Mosta.

Huwa qal magħna li din l-iniżjattiva kibret tant li minn 12-il siġar li kien se jħawwel hu, l-ammont ta’ siġar tela’ ‘l fuq minn 50, grazzi għal numru ta’ sponsors fosthom minn FIMBank.

Gatt saħaq li kellu għajnuna kbira mis-Sotto -Kumitat innovazzjoni – arja nadifa u kif ukoll ukoll mill-iScouts tal-Mosta. Huwa qal li se jkompli jgħin billi ta sistema ta’ drip irrigation u ingħata xi konkoss minn Dennis Vassallo qrib il-grada tal-iScouts biex tkun aktar aċċessibbli.

Huwa rringrazzja lil kull min għen biex din l-inizjattiva ħadet il-ħajja.