Ir-raġel li lbieraħ kien irrappurtat nieqes, instab mejjet.
Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna li ġiet provduta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.
David Sciberras ta’ 56 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija nhar id-19 t’Ottubru 2019. Huwa deher l-aħħar nhar it-18 t’Ottubru 2019 għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu meta ħareġ mir-residenza tiegħu biex imur lejn il-Mosta.
Huwa kien qiegħed juża vettura griża tat-tip Mitsubishi Colt u kien liebes flokk blu, bl-abjad u bl-iswed, qalziet blu u żarbun iswed.

