Lokali Parlament

Irridu ekonomija li taħdem għall-poplu…mhux poplu li jaħdem għall-ekonomija

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-PN irid ekonomija li taħdem ggħall-polu u mhux li jkun il-poplu li jaħdem għall-ekonomija.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu bi kritika għall-bugdet Adrian Delia sellem lill-Forsi tal-Ordni tal-pajjiż wara r-exxita tal-immigrantti f’Ħal Far u kkritika lill-gvern għall-fatt li l-Ministru tal-Intern ma tax informazzjoni neċessarja dwar dawn l-inċidenti. Hu qal li l-Ministru tal-Intern issa stenbaħ dwar is-siwtazzjoni.

Adrian Delia tkellem fuq l-importanza ta’ budget bilanċjat iżda l-gvern mhux jidentifika l-isfidi li għandu l-pajjiż quddiemu. Hu qal li l-gvern qed jibbaża l-ekonomija fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni.

Kien hemm snin fil-passat meta t-tkabbir tal-ekonomija sar xorta bla tkabbir fil-popolazzjoni. Il-pajjiż għandu jdaħħal ukoll ir-riga biex ikun stabbilit jekk il-poplu hux qed jgħix aħjar. Hu staqsa jekk it-taxxi li qed idaħħal il-gvern hux qed irendu għall-poplu, fosthom għad-90,000 foqra li ma gawdew xejn minn dan il-bagit.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma’ d-dokument ta’ qabel il-budget tal-PN li fih 100 proposta mill-PN biex l-keonomija Malitja tikber u l-poplu jkun qed igawdi minnha.

Il-PN qed jipproponi li ma nħarsux lejn sena waħda biss għaliex il-gvern mhux jippjana fit-tul. Il-Prim Ministru kien qal li l-poplu jista’ jserraħ moħħu għal sena iżda l-pjani jridu jsir għall-futur iktar fit-tul.

Adrian Delia qal li l-ekonomija qed tikber bil-popolazzjoni wara li l-persuni improtati qed jiżdiedu. Il-mudell tal-gvern mhux ekonomija sotenibbli iżda li l-ekonomija tikber bil-barranin; iżda l-barranin mhux jiġu minħabba tkabbir l-ekonomija jew minħabba l-proġetti. Il-barranin huma l-proġett. Il-pjani tal-Gvern huma li għall-2020 hawn bżonn importazzjoni ta’ 10,000 barrani ieħor.

Adrian Delia kompla li l-għajta tal-gvern hi li għall-pensjonijiet, il-proġetti u għat-tkabbir tal-ekonomija jridu jinġiebu l-barranin li jitħallsu bil-prekarajt. Il-Prim Ministru qed jgħid li s-suq daqshekk kapaċi jħallas. Jirriżulta li hawn 55,280 ħaddiem barrani jaħdem f’Malta. Jirriżulta li 28% ta’ dawk li jaħdmu u 36% fis-settur privat huma barranin. Il-gvern rid ikabbar dan in-numru. Dan mhux tkabbir tal-ekonomija u tal-ġid, sostna Adrian Delia.

Dwar it-tkabbir hu qal li l-ekonomija kibret b’5% waqt l l-pagi żdiedu b’1.1%. It-tkabbir tal-ekonomija mhux qed ikun rifless fil-pagi tal-ħaddiema. Hu semma’ l-effetti li qed ikollhom dawn il-barranin fuq diversi setturi tal-pajjiż. Jirirżutla li kull sena l-barranin minn barra l-UE qed jiżdiedu tant li tliet snin ilu kien hemm 70% tal-ħaddiema barranin ġejjin mill-UE, sentejn ilu ġew 60%, mill-UE waqt li s-sena li għaddiet ġew 46% mill-UE u 54% minn barra l-UE. Iż-żieda ta’ barranin mhix xi taħriġ li dawn qed iġibu magħhom. Dan mhux investiment iżda s-sinjal tal-gvern u l-uniku metodu kif il-gvern ikabbar l-ekonomija tal-pajji.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li qed ikun hemm tnaqqir fil-kundizzjoniiet tax-xogħol u sostna li t-tkabbir fuq il-karta u d-dipendenza fuq settur wieħed tat-tkabbir qed ikollu l-konsegwenzi tiegħu. Huam ftit dawk il-ħaddiema barranin li qed ibiddlu jew itejbu x-xogħol u l-kumpanija qed ikollhom jimpjegaw ħaddiema ġodda.

Adrian Delia qal li dan qed jgħidu l-Bank Ċentrali u għalhekk il-gvern għandu jaħres lejn ekonomija diversa. Dan mhux l-uniku mudell ekonomiku li jaħdem għall-pajjiż għaliex fil-passat l-ekonomija żdiedet f’setturi diversi. Illum hawn l-ikbar dipendenza tal-ekonomija fuq il-barranin.

Hu qal li fil-passat kien hemm tkabbir ta’ rati ħafna ikbar mill-UE waqt li r-rata ta’ meta l-ekonomija Maltija lura – fi żmien il-kriżi internazzjonali – kienet in-nofs ta’ dawk li seħħ fl-UE.

L-ekonomija kibret fil-passat u din tista’ tikber jekk jiżdiedu l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u b’setturi ġodda li jħallu iktar qligħ. Imkien fid-diskors tal-budget ma hemm riferenza għal settur wieħed ġdid.

Il-Prim Ministru qal li ma jistax jiggarantixxi l-pensjonijiet jekk ma jkunx hawn iktar barranin fil-apssat.

Il-PN qed jara tliet sfidi ewlenin li huma istituzzjonali, ambjentali u soċjali. Dwar l-isfidi istituzzjonali, Adrian Delia semma’ l-Moneyval fejn il-Ministru tal-Finanzi qal li l-gvern qed jimplimenta r-rakkomondazzjonijiet iżdaa dan mhux jgħid il-verità.

Dak li seħħ fl-aħħar xhur fil-pajjiż qatt ma seħħ qabel għaliex qatt fl-istorja tal-pajjiż Malta kienet qed tirriskja li tidħol fil-lista s-sewda minħabba deċiżjonijiet ħżiena. Dan hu settur li jrendi iktar minn 20% tal-ekonomija li qed jittituba minħabba r-reputazzjoni li ġiet kaplestata minn dan il-gvern. In-nuqqasijiet kienu ippjanati sa mill-2013 bil-ħniżrijiet li għamlu l-ministri tal-gvern.

Hu qal li kien tkellem tas-settur tal-gaming u s-settur finanzjarju li mħassba u qed jistaqsu x’se jiġri jekk ma jirnexxilniex nirranġaw is-siwtazzjoni Malta tidher fuq il-lista s-sewda. Din tfisser li ħadd minn min hu serju ma jinvesti fil-pajjiż. Il-Ministru tal-Finanzi għandu jserraħ moħħ il-poplu dwar din is-sitwazzjoni serja. Jirriżulta li l-uffiċjali li suppost qed jiddefendu lill-pajjiż mill-kriminalità jinsabu mitlufin u m’għandhomx biex jgħinu lilhom innfushom għax il-gvern ma jgħinhomx.

Adrian Delia semma’ l-isfidi tal-passat fosthom tal-vapur Erica iżda Gvern Nazzjonalista kien ħa l-passi meħtieġa biex minn kriżi li kienet se teqred l-industrija marittima biex illum Malta għandha wieħed mill-aqwa reġistri marittimi. Jeħtieġ deċiżjonijiet iebsa biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Dan hu l-obbligu tal-Prim Ministru li għandu jneħħi lil min qed jagħmel il-ħsara lill-pajjiż. Dan hu obbligu lejn iċ-ċittadini Maltin.

Dwar ir-remote gaming, Adrian Delia qal li dan kien settur maħluq minn gvern Nazzjonalista li kienet miexja tajjeb iżda issa hawn theddid serju għal din l-industrija minħabba l-ogħli tal-kirijiet u tal-propjetà. Iż-żgħażagħ Maltin għandhom ikunu mħarrġa jieħdu dawn l-impjiegi; li jħallsu tajjeb għaliex anki hawn qed ikunu importati ħaddiema minn barra.

L-Oppożizzjoni lesta tgħin iżda l-Gvern irid jagħmel l-ewwel pass billi jaċċetta l-proposta tal-Oppożizzjoni. Dawn huma setturi fundamentali li ma jistgħux jintilfu. Hu semma’ l-banek u qal li qed ikun hawn wisq stejjer bħal tas-Sata Bank fejn qed jiġu banek f’Malta li mhux qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji dwarhom.

Il-gvern irid jirregola u jilleġiżla biex l-investiment fil-pajjiż ikun serju. Kull bank privat għandu dritt li jieħdu d-deċiżjonijiet iżda l-gvern irid jagħti konfort dwar kif qed isaħħaħ is-settur finanzjarju. Iżda l-gvern moħħu biex ibiegħ il-passaporti, sostna Adrian Delia, li kompla li l-Prim Ministru għandu jkun salesman għal min hu serju u mhux min hu falz. Il-pajjiż irid jikkumbatti l-flejjes mit-terroriżmu u mill-ħasil tal-gvern u l-obbligu tal-gvern hu li jagħmel il-passi kollha biex jikkontrola.

Adrian Delia qal li l-Prim Ministru qed jgħatti għanjejh mill-problemi billi jgħid li din hi problema tas-suċċess meta fil-fatt il-gvern qed jaqdi lil minreid bħall-ex uffiċjali tl-MFSA li ngħata golden handshake ta’ €150,000. Il-Prim Minsitru għandu jneħħi lil min qed jagħmel ħsara lill-pajjiż u li jwieġeb lis-CEO tal-APS u tal-HSBC, lill-GRTU u lill-Kamra tal-Kummerċ li tkellmu dwar il-ħsara li qed isir lir-reputazzjoni

Il-Kap tal-PN semma’ l-qrati fejn fl-aħħar 16 minn 17-il ħatra fil-qorti kienu persuni viċin uffiċjali tal-Gvern. Dan hu l-gvern tela’ bl-għajta tal-meritokrazija.

L-uniku kwalifika li jrid ikollhom biex timxi ‘l quddiem hi li jkollok il-ħdbieb tal-ħbieb. Qatt ma kien hemm governanza ġusta li sparixxiet minn pajjiżna. Dwar l-Avukat Ġenerali, Adrian Delia qal li hi tal-mistħija li dak li suppost qed iħares l-aqwa interessi tal-poplu qed iħares biss l-interess tal-gvern. L-AĠ hu kompliċi ma dak li jgħidulu f’Kastilja fosthom dwar Egrant u dwar it-tliet ministri li kkwotat mir-rapport Egrant.

Flok wieġeb biex toħroġ il-verità, l-AĠ qallhom li ma jridx li joħroġ ir-rapport Egrant għax jippreferi s-skiet mil-libertà tal-espressjoni. Jirriżulta li r-rapport Egrant qiegħed għand il-PL u l-Gvern kollu biex jieħu vantaġġ politiku kollu.

Dan il-gvern sikket lid-deputati Laburisti billi tahom ċekk ta’ mijiet ta’ eluf biex huma jikkritikawx lill-gvern biex b’hekk il-parlament mhux skrutinju fuq il-gvern. Dan qed jgħidu l-Kummissarju tal-Istandards.

Il-Prim Ministru f’Lulju kien qal li se jistudja x’jista’ jsir fejn Alfred Sant kien għadu kif qal li fil-kontijiet tal-ARMS n-nuqqasijiet huma tort tal-kompjuters. Il-Prim Ministru kien qal li jrid sena biex tissolva l-problema. Il-Prim Ministru għandu jreġġa’ lura din il-liġi wdar ir-reputazzoni tal-pajjiż.

Dwar l-isfidi soċjali quddiem il-pajjiż, Adrian Delia semma’ l-adegwadezza u s-sostenibiltà. Hu stieden lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Finanzi biex imorru jitkellmu mal-pensjonijiet u ma’ li jwasslux sal-aħħar tax-xahar. Il-faqar fil-pajjiż qed jikber u se jmiss id-90,000. Mur itmagħhom is-surplus lil dawk li m’għandhomx biex jieklu jew biex jixtru l-mediċina!

Adrian Delia qal li fl-anzjani l-persentaġġ tal-anzjani fil-faqar fl-2015 kien 21% u issa dan jinsab 25.4%; iktar minn kwart tal-anzjani jinsabu fil-preċipizju tal-faqar. Hawn 21,427 anzjan f’din is-sitwazzjoni. L-Oppożizzjoni lesta titkellem mal-gvern biex jinstabu s-soluzzjonijiet.

Dwar id-djar, Adrian Delia qal li l-familji la jistgħu jixtru u lanqas jikru fejn fi Frar 2019 jirriżulta li l-prezz tal-propjetà ogħla b’25% f’sena waħda. Kif se jħallsu l-familji b’1% żieda li ta l-Gvern! irrimarka Adrian Delia, li kompla li l-problema qed tikber.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar l-iskema tal-gvern u qal li llum il-banek iridu 20% u iktar bħala depożistu biex jinxtraw il-propjetajiet. Il-ħaddiema lanqas għandhom biex iġemmgħu d-depożitu u jridu jisselfuh mingħand il-gvern; il-kriżi hi ħafna iktar fonda.

Il-Kap tal-PN tkellem fuq il-housing soċjali u qal li f’sitt snin il-gvern Laburista ma bena l-ebda appartament. Fl-2017 kien hemm ftit inqas minn 4,000 talba għal djar soċjali minkejja s-surplus wara l-ieħor. Hu kompla li l-PN jemmen li kull Malti jkollu saqaf u dan jiggarantih bi dritt. Flok il-korruzzjoni, il-gvern missu investa fid-djar soċjali. Il-ħaddiem m’għadux għal qalb il-Gvern Laburista.

Il-problemi qed jirrikonoxxuhom ukoll il-unions iżda l-gvern ma jimpurtax mill-ħaddiema li jgħixu f’kundizzjonijiet mhux umani fil-containers, li l-paga titlaq barra l-pajjiż, li ssir pressjoni fuq is-salarji tal-Malitn, li l-prekarajt sar parti mis-sistema, li l-perċentwal tas-sħubija fil-uunions qed jonqos minħabba l-ħaddiema barranin u li l-ħaddiema mhux trattati b’dinjità.

Il-wage gender gaps fil-pajjiż għadha fost l-ogħla fl-Ewropa minkejja l-wegħda li dan hu l-aktar gvern femminist. Fil-budget m’hemm ebda miżura u ebda azzjoni dwar din il-problema ta’ nies li jaqilgħu inqas minn irġiel għall-istess xogħol.

Mhux aċċettabbli li Malta tkun f’din is-sitwazzjoni u rridu Malta aħjar fejn il-ħaddiema barranin jiġu f’Malta biex niżviluppaw proġetti flimkien u mhux biex nimportaw il-prkarjat.

Adrian Delia semma’ l-proposti tal-PN fis-settur tax-xogħol iżda l-Prim Ministru qed jarmi dawn il-proposti għaliex ma jimpurtahx mill-familji tal-ħaddiema. Hu semma’ d-90,000 persuna f’riskju tal-faqar taħt gvern Laburista li jgħid li l-pajjiż miexi ‘l quddiem. Fil-pajjiż hawn l-ikbar numru ta’ food bank u nies jgħixu fil-garaxxijiet; dan hu deficit serju. Il-PN ma jridx din it-tip ta’ soċjetà iżda din hi Malta ta’ Joseph Muscat fejn il-ftit għandhom kollox u l-ħafna li m’għandhom xejn.

Il-Kap tal-PN tratta s-saħħa fosthom fis-saħħa mentali fejn il-pajjiż falla. Fil-budget isemma’ l-Isptar Monte Carmeli fejn intqal li dan se jkompli jkun irranġat. Gvern Nazzjonalista kien ħejja master plan iżda dan il-gvern remieh u intilfu sitt snin.

Il-PN qed jipproponi proposti dwar persuni li jbatu minn kundizzjonijiet mediċi fosthom id-dijabte; kura u prevenzjoni. Hi oxxenità kellna l-isturpu meta tliet sptarijiet f’Malta u Għawdex ingħataw lil xi ħadd li ma nafux min hux. Dak li kien moħbi u ministru iżda l-Ministru Fearne kien serraħilna moħħna li ‘isssa we have the real thing’. Ta’ qabel ħadulna €2,000 miljun; €50 miljun fis-ena.

Adrian Delia qal li kulħadd ħaseb li se jsir investiment qawwi iżda ma ħareġ xejn minn dan. Għaddew is-snin minn meta kien iffirmat il-kuntratt. Fejn huma Steward? X’nefqu mill-€50 miljun li qed intuhom kull sena? staqsa Adrian Delia, li appella biex id-deputati jmorru jaraw x’investiment sar f’San Luqa. Ma sar l-ebda investiment. Dan kien kuntratt disinjat biex jeħdulna €50 miljun minn but il-poplu.

Meta tkellem dwar l-edukazzjoni, Adrian Delia kkwota lill-President tal-MUT li qal ‘what about education?’ u qal li l-pajjiż telaq minn bini ta’ skola kull sena għall-importazzjoni tal-containers bħala klassijiet. Hawn nofs l-edukaturi li jridu jitilqu. Hu qal li mhux l-għalliema mħallsin tajjeb iżda Kurt Farrugia li għandu €180,000 fis-sena.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar l-ambjent u qal li Malta għandha l-iktar arja mniġġza fl-UE u madwar 600 persuna li qed imutu qabel propju minħabba t-tniġġiż.

Hu appella għal qbil dwar l-emerġenza fil-klima u qal li l-gvern qed joħroġ kontra l-għajta taż-żgħażagħ li jridu dikjarazzjoni dwar l-emerġenza fil-klima. Hu appella lill-gvern biex jingaħqad mal-Oppożizzjoni u jiddikjara emerġenza tal-klima qabel jittieħed il-vot tat-Tlieta fil-parlament. Il-PN m’għandux problema li tinstab soluzzjoni fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-Emerġenza fil-Klima.

Adrian Delia qal li dan hu gvern nieqes mill-viżjoni. Il-PN irid Malta fil-Mediterran li tippjan fit-tul fil-qalba tal-Ewropa li tilqa’ għall-isfidi li kapaċi tagħti għax għandha kontribut anki intellettwali. Aħna mhux Żvizzera fil-Mediterran, jew Dubaj fil-Mediterran irridu!

Il-Kap tal-PN qal li dan il-gvern kellu opportunità li Malta tkun fuq quddiem fis-settur tal-blockchain u nefaq miljuni biex inġiebu 13,000 persuna biex ngħidulhom li ħafna block chain island. Hu kkwota minn dikjarazzjoni tal-Prim Ministru nnifsu li kien qal li Malta se ssir iċ-ċentru f’dan is-settur.

Adrian Delia kkwota minn dak li qallu persuna nvoluti fis-settur li spjega kif fir-realtà Malta hi falliment f’dan is-settur minkejja li Malta setgħet kienet fuq quddiem. Kull min ġie Malta issa mar joepra f’pajjiżi barranin. Hu qal li lest ipoġġi din l-email fuq il-mejda tal-Kamra meta l-gvern jippubblika l-kuntratti korrotti li għamel il-gvern f’diversi setturi. Hu staqsa kemm ħarġu liċenzji VFA tul din is-sena u qal li ma ħarġu l-ebda liċenzja waħda.

Adrian Delia tkellem dwar Għawdex hu qal li fil-budget m’hemm xejn ġdid. Dwar il-mina, hu qal li l-gvern għandu jikkunsidra x’Għawdex iridu l-Għawdxin. Dan il-gvern ma jridx li Għawdex ikun gżira reġjun, sostna Adrian Delia, li qal li l-PN jemmen li Għawdex għandu jingħata prijorità. Il-ħniżrijiet tal-gvern fil-proċess tal-offerti għall-fast ferry, l-Għawdxin mhux jibbenefikaw minndan is-servizz.

Il-gvern għandu 100 wegħda li ma wettaqx fosthom it-trasparenza, il-kontabbiltà u l-meritokrazija iżda propju f’dawn it-tliet osqma l-gvern falla bil-kbir. Hawn kuntratti li jidhrix u l-infieq li ma jistax ikun spjegat fejn il-meritokrazija hi biss għal tal-qlaba. Dan il-budget kif qed jaħseb fin-negozji ż-żgħar? Il-Prim Ministru qed iwiegħed li kulħadd li se jsir sinjur żgħir meta hawn 90,000 peruna fil-faqar.

Adrian Delia semma’ dawk li xtraw il-passaporti fosthom Ali Sadr ta’ Piklatus Bank li ħalla reputazzjoni ħażina u barranin orħa li għamlu isem ħażin għal Malta minħabba l-oepat tagħhom. Fost dawn hemm Niġerjani u Ċiniżi.

Hu sfida lill-gvern biex jinfora lill-parlament dwar l-investimenti li dawn il-persuni għamlu.

Adrian Delia ta wkoll lista ta’ 100 wegħda li ma wettaqx il-gvern Laburista fis-setturi kollha.

Dwar l-AUM, Adrian Delia qal li l-gvern kien wiegħed li se jinġiebu 4,000 student iżda din l-università lanqas ġabet 60 student aħseb u ara kemm se jkollhom 60 kors. L-AUM issa se tieħu l-aprkeġġ li hemm fiż-żona wkoll.

Hu qal li ż-żgħażagħ ma jiftakrux pajjiż li fih tinqalet ġurnalista, li fih l-agħar arja, li fih ministru jinqabqad b’kumpnaiji fil-Panama, li tingħata art lil kumpanija tal-kostruzzjoni biex tiftaħ suppost università, pajjiż b’korp tal-pulizija li mhux serju, il-prezz tal-propjet jogħla, fejn il-gvern ma joħloqx setturi ġodda tal-ekonomija, li fih tinfetaħ skola ġdida fis-sena u jiftakru pajjiż fejn Joseph Muscat u l-PL jiġġieldu biex Malta ma tidħolx fl-UE.

Adrian Delia qal lil-PN irid li l-pajjiż jitmexxa ‘l quddiem b’ekonomija li taħdem għall-futur u mhux il-Maltin taħdem għall-ekonomija. Il-PN irid ekonomija li tqassam il-ġid b’ġustizzja soċjali, fejn il-poplu jgħix fi trankwilità u bla biża’, fejn l-ambjent jissaħħaħ b’arja nadifa, b’edukazzjoni tjaba għaż-żgħażagħ, f’pajjiż li jiġġieled il-kroruzzjoni li jagħti s-saħħa lil min irid jiġġieled il-krorruzzjoni, fejn dak li hu tal-polu jibqa’ tal-poplu u mhux il-gvern jaħtaf. Irridu ekonomija li taħdem għall-poplu u mhux poplu ljaħdem għall-ekonomija. Irridu Malta li fiha flimkien naslu, temm Adrian Delia.