Il-backrower ta’ Wales Josh Navidi se jitlef il-kumplament tat-Tazza tad-Dinja wara li ġibed il-hamstring waqt l-ewwel taqsima tal-kwarti tal-finali kontra Franza. Il-kowċ nazzjonali Warren Gatland qal dan f’konferenza stampa lbieraħ.
Hu qal ukoll li se jkun mibdul minn back u mhux attakkant ieħor, minħabba plejers oħra li huma dubjużi fosthom is-centre Jonathan Davies li tilef il-logħba tal-Ħadd. Wales tilgħab is-semifinali kontra l-Afrika ta’ Isfel il-Ħadd li ġej.
//= $special ?>